Thursday, February 15, 2018

Partit li jħares 'il quddiem

Matul dawn il-jiem il-Partit Nazzjonalista beda proċess ieħor ta’ tiġdid fi ħdanu. Din id-darba skatta l-proċess ta’ tiġdid tal-Kumitati Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista u tal-fergħat tal-Partit Nazzjonalista. Proċess li jkompli mal-katina ta’ proċessi interni ta’ tiġdid li saru fi ħdan il-Partit Nazzjonalista fl-aħħar xhur.

Forsi jkun hemm min jesprimi xettiċiżmu dwar x’importanza jista’ jkollu l-proċess ta’ tiġdid tal-Kumitati Sezzjonali tal-fergħat tal-Partit Nazzjonalista. Il-verita’ iżda hi li dawn għandu jkollhom, u perswas li ser ikollhom, rwol mill-aktar kruċjali fil-Partit Nazzjonalista.

Il-Kumitati Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista mhumiex sempliċi kumitati ta’ fund raising jew sempliċi day to day administrators tal-każini tal-Partit Nazzjonalista madwar Malta u Għawdex. Dawn il-kumitati għandhom il-potenzjal li jkunu is-swaba tal-Partit Nazzjonalista fid-diversi lokalitajiet. Għandhom il-potenzjal li jkunu strument effettiv li jwassal lil Partit Nazzjonalista sabiex jibni politika li tkun tirrifletti l-asiprazzjonijiet tal-poplu. Għandhom il-potenzjal li jkunu strument kruċjali sabiex il-Partit Nazzjonalista jattira lejh nies li forsi fl-aħħar snin ħassewhom distakkati mill-Partit Nazzjonalista jew saħansitra nies li forsi tradizzjonalment qatt ma’ ħassew li setgħu jassoċjaw ruħhom mal-Partit Nazzjonalista.

Naturalment dan il-potenzjal ma’ jiġix sfruttat sempliċiment billi wieħed jikteb u jitkellem dwaru. Jiġi sfruttat billi tali Kumitati Sezzjonali jiġu mgħotija ċ-ċans u l-ispazzju meħtieġ u billi tali kumitati jkollhom l-għodda meħtieġa. M’għandi ebda dubju li fix-xhur li ġejjin tali mira ser tkun fil-qalba tal-politika amministrattiva tal-Partit Nazzjonalista.

Jekk il-Partit Nazzjonalista jerġa jgħati nifs ta’ ħajja ġdid lil Kumitati Sezzjonali allura jkun qed jiġi assigurat li l-Partit Nazzjonalista jkun beda t-triq li jerġa mill-ġdid isir il-Partit tan-nies u l-għażla naturali tal-Maltin.

Hemm mbgħad fi ħdan il-Partit Nazzjonalista il-fergħat. Dawn ukoll huma għodda utli għal Partit Nazzjonalista. Bħalma l-Kumitati Sezzjonali jipprovdu pont dirett bejn il-Partit Nazzjonalista u l-lokal, l-fergħat jipprovdu pont dirett bejn il-Partit Nazzjonalista u setturi differenti. Hawn ukoll m’għandi ebda dubju li fix-xhur li ġejjin il-ħidma amministrattiva tal-Partit Nazzjonalista ser tinkludi ħidma ċara sabiex il-fergħat jingħataw spazju akbar fi ħdan il-Partit Nazzjonalista u sabiex tali fergħat ikollhom l-għodda kollha meħtieġa.

Naturalment dan il-proċess ta’ tiġdid fi ħdan il-Partit Nazzjonalista qiegħed isir kollu għal għan wieħed; il-ġid nazzjonali. Huwa ċar li pajjiżna għandu bżonn Partit Nazzjonalista b’saħħtu, Partit Nazzjonalista maqgħud, Partit Nazzjonalista b’viżjoni u mira ċara, Partit Nazzjonalista fejn kullħadd qiegħed jaħdem id f’id taħt it-tmexxija ta’ Adrian Delia sabiex l-istess Partit Nazzjonalista jkun f’posizzjoni li joffri lilu nnifsu bħala gvern alternattiv. Malta jixraqilha aħjar mill-korruzzjoni istituzzjonalizata. Malta jixraqilha aħjar minn gvern li minkejja kull kritika jibqa’ għaddej business as usual anke jekk tali attitudni qegħda tkun ta’ thedida diretta għal fost l-aktar setturi ekonomiċi importanti għal pajjiżna.

It-tiġdid tal-Partit Nazzjonalista għalhekk mhuwiex xi proċess għan-Nazzjonalisti. Huwa proċess miftuħ għal dawk kollha ta’ rieda tajba. Proċess għal dawk kollha li jemmnu li pajjiżna għandu bżonn tama’ ġdida fil-politika. Għal dawk kollha li jemmnu f’mod ġdid ta’ kif issir il-politika.

Min hawn nrodd ħajr lil Kumitat Sezzjonali u fergħat uxxenti kollha filwaqt li bil-lest nawgura ħidma sfieqa lil kumitati u fergħat li ser jiġu eletti fil-jiem li ġejjin. Naturalment awgurju partikolari jmur għal kumitati tat-8 distrett elettorali, li fih jien kandidat għal elezzjoni ġenerali jiġifieri il-kumitati ta’ Birkirkara, Ħal Balzan, Ħal Lija u l-Iklin.

Thursday, February 8, 2018

The Post


Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet mort nara l-film The Post li bħalissa qiegħed jintwera fis-swali taċ-ċinema lokali. Film produzzjoni ta’ Steven Spielberg u li jara lill-attur magħruf Tom Hanks fir-rwol ta’ Ben Bradlee u Meryl Streep fir-rwol ta’ Katherine Graham. Bradlee kien l-editur tal-gazzetta Amerikana The Washington Post filwaqt li Graham kienet is-sid tal-kumpanija li kienet tippubblika din il-gazzetta. Il-film jiffoka fuq il-perjodu meta The New York Times ħarġet ir-revelazzjonijiet dwar ir-rapport ta’ ċertu Robert McNamara (magħruf bħala The Pentagon Papers) dwar il-gwerra fil-Vjetnamm. Rapport li kien juri sens ta’ għerq u xi kultant anke gideb taħt il-Presidenza ta’ Lyndon B Johnson u numru ta’ deċiżjonijiet dubjużi ħafna taħt il-Presidenza ta’ Harry S Truman, Dwight D Eisenhower u John F Kennedy kollha b’rabta mal-Vjetnam.

Il-film jeħodna lura għal mument fl-istorja meta l-President Richard Nixon ipprova juża s-saħħa tal-liġi biex isikett lil The New York Times milli tagħmel dawn ir-revelazzjonijiet li kienu qegħdin joħolqu klima taħraq fil-politika u prova saħansitra jhedded lil The Washington Post bl-eżistenza tagħha hekk kif din il-gazzetta kienet finanzjarjament ferm inqas stabbli mir-rival tagħha f’New York.

Bla dubju ta’ xejn dak li naraw fil-film The Post mhux diffiċli nimmaġinawh. F’Malta wkoll għandna sitwazzjoni fejn il-media indipendenti tinstab taħt assedju; anzi taħt diversi assedji. Hemm minn naħa l-assedju legali fejn dawk li jressqu l-kritika qegħdin jiffaċjaw is-sogru ta’ kawżi ta’ libell bi spejjeż ta’ miljuni kbar ta’ Ewro; kawżi li ċertament ikunu jfissru l-mewt finanzarju tal-pubblikazzjoni in kwistjoni. L-assedji tat-thedid u l-insulti; bħalma per eżempju ġie żvelat jumejn ilu fil-portal Newsbook fejn żvela konverzazzjonijiet speċifiċi sabiex jiġu koordinati attakki fuq il-knisja u l-media tagħha għaliex din l-istess media mhijiex lesta tiġbed il-ħabel Laburista. Assedju saħansitra anke minn uħud li jridu jsejħu lilhom nfushom ġurnalisti u jipprovaw jilgħabuha tal-ġurnalisti imma fir-realta’ m’huma xejn għajr propogandisti li jpoġġu l-ewwel u qabel kollox l-interess partiġġjan.

Fl-Istati Uniti l-film The Post jurina li t-thedid tal-President Nixon ġie mgħelub biss grazzi għal kuraġġ u determinazzjoni li ntwera minn The New York Times u The Washington Post u dawk il-gazzetti li ħarġu għonqhom b’appoġġġ. Determinazzjoni u kurraġġ li wasslu sabiex il-liberta’ ta’ l-espressjoni ġiet protetta saħansitra anke legalment b’deċiżjoni tal-Qorti Suprema Amerikana.

F’Malta l-battalja mhijiex mirbuħa. L-anqas hija mitlufa. Hija battalja ħajja u kif ser tintemm huwa f’idejn kull wieħed u waħda minnha. Li nħarsu l-liberta’ ta’ l-istampa; mhux biss fuq il-karta tal-liġi imma fir-realta’ għandha tkun missjoni mhux tan-Nazzjonalisti jew Laburisti imma ta’ kull Malti ta’ rieda tajba li jemmen fil-liberta’ u li jemmen li kullħadd għandu d-dritt jsemma’ leħnu.

Ħadd ma’ jista’ jargumenta li l-media hija perfetta. Il-film The Post jagħmel dan il-punt ukoll u juri kif per eżempju The Washington Post kellha favoritiżmu ċar lejn id-Demokratiċi partikolarment fi żmien Kennedy. Madankollu b’dawn id-diffetti b’kollox id-demokrazija hija ferm aktar vibranti u b’saħħitha bil-presenza tal-media indipendenti milli qatt tista’ tkun f’ċirkostanza fejn il-gvern tal-ġurnata jkollu s-saħħa li jsikket.

Fil-Belt bħalissa hemm mafkar għal Daphne Caruana Galizia. Hemm min jemmen li għandna nagħmlu mafkar aktar permanenti għal din il-ġurnalista. Idea li bla dubju ta’ xejn naqbel magħha b’mod assolut. Jeħtieġ iżda li l-aqwa mafkar għal Daphne Caruana Galizia ma’ jkunx dak ta’ l-irħam u l-bronz li qed jiġi propost u li nemmen li għandu jsir. Jeħtieġ li l-aqwa mafkar għal Daphne Caruana Galizia huwa li nkomplu l-battalja sabiex f’pajjiżna tirrenja d-demokrazija u l-liberta’ anke jekk l-istess demokrazija u liberta’ bħal donnu ma’ tinżilx daqstant għasel mal-Partit Laburista li spiss kasbar id-demokrazija u sfortunatament jidher li ser ikompli jkasbar id-demokrazija.  

Wednesday, January 31, 2018

Malta u t-thedida ta’ Artiklu 7


It-Trattat ta’ Liżbona li huwa qafas legali importanti fil-mod kif topera l-Unjoni Ewropea jinkludi artiklu numru 7. Dan l-artiklu jipprospetta x-xenarju fejn jekk pajjiż membru ta’ l-Unjoni Ewropea b’xi mod flagranti jikser xi prinċipju fundamentali stabbilit f’artiklu 2 ta’ l-istess trattat tali stat membru jista’ jara numru ta’ passi meħuda kontrih fosthom is-sospensjoni tiegħu tad-dritt tal-vot fi ħdan il-Kunsill. Wieħed mill-prinċipji elenkati f’artiklu 2 huwa dak tas-saltna tad-dritt jew kif tisejjaħ bl-Ingliż Rule of Law.

Bażikament il-prinċipju tar-Rule of Law huwa dak li jistabilixxi li f’pajjiż il-liġi għandha tapplika bl-istess mod għal kullħadd. Huwa dak il-prinċipju legali li jistabilixxi li l-liġi f’pajjiż għandha tassigura sitwazzjoni ta’ fair play, ġustizzja u trasparenza fil-governanza pubblika. Għalhekk tista’ tgħid li huwa prinċipju li jmur lejn iċ-ċentru nett u l-qafas tad-demokrazija nnifisha.

Hekk kif fl-aħħar xhur Malta kienet is-suġġett ta’ tħassib serju dwar l-istat tas-saltna tad-dritt f’pajjiżna, fuq livell internazzjonali ma’ naqsux dawk li b’mod estrem ħafna itteorizzaw jekk Malta tafx issib ruħha suġġetta għal invokazzjoni ta’ artiklu 7 tat-trattat ta’ Liżbona.

Dan ix-xenarju jqajjem żewġ punti importanti. L-ewwel u qabel kollox għandu jkun ċar kristall li ebda Malti ma’ għandu jgħati appoġġ għal invokazzjoni ta’ artiklu 7. L-invokazzjoni ta’ artiklu 7 ikollu fuq pajjiżna konsegwenzi mill-aktar negattivi; kemm f’sens politiku kif ukoll f’sens ekonomiku. Li pajjiżna jispiċċa fi ħdan l-Unjoni Ewropea bid-dritt tal-vot sospiż ifisser li pajjiżna jkun f’riskju kbir li jsib ruħu suġġett għal leġiżlazzjoni li tmur kontra l-interess nazzjonali, bħal per eżempju r-rata ta’ taxxa korporattiva komuni. Hija ħasra li bħal donnu hawn min irid jgħati l-impressjoni li l-Partit Nazzjonalista qiegħed johrok idejh għall-invokazzjoni ta’ artiklu 7, jew agħar min hekk qiegħed jaħdem hu stess sabiex dan iseħħ. Gidba faħxija li ma’ tagħmel xejn ħlief deni lil isem pajjiżna. Fil-fatt il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kien ċar dwar dan u fuq is-sit tal-MaltaToday stqarr bla tlaqliq, “I am not informed or aware of such a move, but even if I knew this was a mere possibility, I would immediately start a campaign to ensure this does not come about,” the PN leader said. “I cannot make this any clearer: such a move will never have my support, whoever might push for it”.

It-tieni punt li dan ix-xenarju jqajjem huwa bla dubju ta’ xejn il-mod kif il-gvern qiegħed jaġixxi. Huwa ċar li realistikament bħalissa m’hemm ebda ċaqliqa sabiex jiġi invokat artiklu 7 kontra Malta. Madankollu, bħalma jgħidu bl-Ingliż we should not push our luck. Li l-gvern jibqa’ għaddej business as usual minkejja dubji serji minn ġurnalisti barranin, minn kumitati tal-Parlament Ewropew, minn opinjonisti lokali u internazzjonali, minn NGO’s lokali u internazzjonali u anke minn politiċi mhux biss lokali iżda anke internazzjonali li jgawdu stima kbira bħas-Senatur Repubblikan fl-Istati Uniti John McCain, ma huwa xejn għajr għaġir li jagħmel dannu lil isem Malta u li ċertament ma’ jgħinx biex ixejjen il-mistoqsijiet fil-konfront ta’ Malta. Daqstant ieħor dak il-gvern li minkejja kull argument jew dubju mressaq fil-konfront tal-kariga ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri jagħżel li jibqa’ għaddej qisu ħadd qatt ma’ qal xejn.

Pajjiżna jeħtieġ li tassew ikun maqgħud fuq dan il-front. Tali għaqda tinkiseb mhux billi jsir tixwix kontra l-oppożizzjoni jew l-MEP’s tagħha; mhux billi tintwera arroganza kbira u nipprovaw nkunu bulldozer imma billi ningħaqdu lkoll bħala Maltin u naraw li bl-azzjonijiet tagħna nxejnu kull lok ta’ dubju u ngħatu lil isem pajjiżna lura l-ġieħ li jixraqlu.

Friday, January 26, 2018

L-Aqwa Interess Nazzjonali


“The country cannot afford to have, as its main opposition, a party abandoned by so many of its voters, especially when government dealings need to be more meticulously scrutinised than ever. If the PN continues to lose ground, as shown in the surveys, Labour could be re-elected with a majority so large it would be able to change the Constitution unilaterally. Now that’s a chilling thought.”

Hekk kien hemm miktub fl-editorjal ta’ The Sunday Times of Malta nhar il-Ħadd li għaddha. Editorjal bit-titlu No use for a divided party u li tkellem dwar il-bżonn li f’pajjiżna jkollna oppożizzjoni soda. Editorjal li ma’nistax ngħid li qbilt ma’ dak kollu li kellu xi jgħid, anzi, kien hemm numru ta’ punti ta’ analiżi politika li ma’ qbilt xejn mal-konklużjoni li ġibed l-istess editorjal.

Minkejja dan iżda, l-editorjal jasal għal konklużżjoni mill-aktar interessanti u li magħha ċertament diffiċli wieħed ma’ jaqbilx. Il-konklużżjoni li l-aqwa interess nazzjonali jitlob li f’pajjiżna jkollna oppożizzjoni soda, b’saħħitha u maqgħuda sabiex din tkun f’posizzjoni li toffri sfida denja lil gvern. Il-konklużżjoni li jkun ta’ għajb għal Malta jekk dan il-gvern jitħalla mingħajr ebda forza politika biex taqdi r-rwol mistenni minn oppożizzjoni f’demokrazija Ewropea.

Aktar min hekk il-konklużżjoni ta’ dan l-editorjal titkellem dwar il-periklu kbir li jiffaċċja pajjiżna jekk il-Partit Laburista jitpoġġa f’posizzjoni li jkun b’xi mod possibli għalih li waħdu jibdel il-kostituzzjoni tal-pajjiż. Din tkun tassew sitwazzjoni, li kif qal sewwa l-editorjal ta’ The Sunday Times, tkun waħda tat-tkexkix għaliex tkun thedida ċara kristall lejn id-demokrazija u s-saltna tad-dritt f’pajjiżna.

Wieħed jista’ ma’ jaqbilx mal-bqija tal-kontenut ta’ dan l-editorjal jew forsi wieħed jista’ jħoss li l-bqija tal-kontenut ta’ dan l-editorjal huwa pessimist u qiegħed jara biss is-sitwazzjoni minn lenti sewda ħafna. Imma l-argument li pajjiżna għandu bżonn oppożizzjoni b’saħħitha li toffri skrutinju qawwi fil-konfront tal-gvern u li bl-ebda mod ma’ jingħata lok li l-Partit Laburista jkollu s-saħħa jibdel il-kostituzzjoni waħdu huwa bla dubju ta’ xejn argument b’saħħtu ħafna.

Forsi l-editorjal ma’ tantx jidħol fuq l-element ta’ kif ser nassiguraw li f’pajjiżna l-gvern Laburista jkun iffaċċjat minn oppożizzjoni li toffri skrutinju ċar u sitwazzjoni fejn ikun impossibli li l-gvern jibdel il-kostituzzjoni waħdu. Huwa biss permezz ta’ ħidma maqgħuda, flimkien, bl-akbar sens ta’ rieda tajba, fi spirtu ta’ l-aqwa interess nazzjonali li nistaw naċċertaw li f’pajjiżna d-demokrazija tinżamm mhux mittiefsa. Tali ħidma trid tkun mibnija fuq il-politika tas-sewwa; il-politika fejn l-interess nazzjonali jiġi qabel kull differenza personali; il-politika fejn li niġġieldu favur id-demokrazija, l-meritokrazija, l-ġustizzja, l-liberta’ ta’ l-espressjoni u s-saltna tad-dritt titqiegħed fil-quċċata nett tal-miri politiċi ta’ kull min hu ta’ rieda tajba. Din mhijiex xi battalja ta’ blu kontra aħmar jew ta’ Ċikku kontra Peppu imma għandha tkun il-missjoni ta’ kull min jemmen li Malta għandha tassigura li tibqa’ demokrazija vibranti.

The Sunday Times tgħati stampa negattiva meta titkellem dwar l-aħħar sontaġġi li bla dubju ta’ xejn kienu sfida għal Partit Nazzjonalista. Nemmen li lill’hinn mis-sontaġġi l-Partit Nazzjonalista jinstab fit-triq it-tajba. L-enerġija u l-entużjażmu qegħdin jiżdiedu; il-Partit Nazzjonalista reġa qiegħed isib saqajh wara d-disfatta kiefra ta’ Ġunju 2017. Ma’ jfissirx li kollox ward u żahar. Ma’ jfissirx li t-triq hija faċli. Anzi, t-triq hija iebsa ħafna! Nemmen iżda li b’sens ta’ rieda tajba, id f’id flimkien bħala aħwa Maltin, ser nkunu kapaċi nassiguraw li iċ-chilling thought li titkellem dwarha The Sunday Times tibqa’ biss just a thought u ma ssir qatt the reality of the day.

Tuesday, January 16, 2018

The ball in our court


Three months ago to the day, a bomb shattered the peaceful surroundings of Bidnija. The violent shatter did more than just shatter the peaceful surrounding the beautiful valley itself. It shattered the illusion that our country was a normal democracy with heated debates.

Three months ago to the day, the life of Daphne Caruana Galizia came to a horrid and violent end. In life Caruana Galizia never shied away from calling a spade the way she seed it; even if doing so made her enemies; very powerful enemies. Caruana Galizia never shied away from making her arguments in her own inimitable style; she never shied away from investigative journalism no matter how risky such journalism got.

Many had moments where they disagreed with what she wrote; sometimes intensely disagreed with what she wrote. Many felt that on occasions her colourful style was perhaps not appropriate to the occasion in question. Despite these moments of disagreement many however saw in her the personification of liberty of expression. Daphne Caruana Galizia personified our right to ask questions of those in authority, our right to demand high ethical and moral standards from those in authority, our right to demand accountability as a right and not as an electoral pledge, our right to make our grievances heard even when such grievances concern the highest of authorities.

The bomb that shattered the peaceful surrounding of Bidnija and took away the life of the journalist that was Daphne Caruana Galizia also took away the illusion that our democracy is functioning in a normal manner where debates may get heated but where democracy, freedom, accountability, freedom of expression and meritocracy are a given.

Daphne’s death however should not lead us to give in or give up hope. On the contrary it should fuel in us the passion and energy needed to defend these basic rights we hold so dear. If we can defend democracy, liberty, freedom of expression, accountability and meritocracy than at least Daphne’s death will “only” be a sad reminder of a dark moment in our history when the life of a journalist, a mother, a wife, a daughter, a sister was taken away in such a horrific manner. It will not mark the day when our country fell so far down the slippery slope that to call ourselves a European democracy verges on hallucination level. Whether it shall be the former or the latter is entirely up to us.

All is not yet lost; we are still in time to defend democracy, freedom of expression, liberty, accountability and meritocracy. We must however act now and not allow ourselves to be blinded to the reality of the day.