“However, after a thorough analysis of how the right to life is
interpreted within core treaties, it is clear to me that this right does not
apply prior to birth and that international human rights law and mechanisms do
not recognise a prenatal right to life. Thus, Malta’s total ban on abortion
contradicts the norms of international human rights law, because it denies
women a range of fundamental human rights. The Maltese authorities should
remedy this situation.”. Kien dak, il-kliem skandaluż ta’ Nils Muižnieks li
huwa l-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem fi ħdan il-Kunsill ta’ l-Ewropa.
Diffiċli wieħed jemmen li propju
l-persuna li suppost jiddefendi d-dritt tal-ħajja fl-Ewropa jasal jargumenta li
huwa assurd li tgħati d-dritt tal-ħajja lil min ikun konċevut iżda għadu mhux
mwieled. Diffiċli wieħed jemmen li propju l-persuna li suppost fil-ħidma tagħha
targumenta fuq is-santita’ tal-ħajja minflok timbotta l-argument li l-ħajja
mhux mwielda mhijiex ħajja iżda hija biss ftit ċelloli.
Din mhijiex l-ewwel darba li Muižnieks
qajjem is-suġġett ta’ l-abbort f’Malta. Anzi, f’temp ta’ ftit ġimgħat qajjem
dan is-suġġett darbtejn. Possibli din hija l-prijorita’ ta’ l-uffiċju tiegħu?
Possibli li liġi li tippermetti l-qtil ta’ l-innoċenti f’Malta hija fuq
il-lista tal-prijoritajiet tal-Kunsill ta’ l-Ewropa? Possibli li Muižnieks
jemmen li huwa aktar importanti li f’Malta nippermettu l-qtil ta’ l-innoċenti
milli li l-uffiċju tiegħu jindirizza kwistjonijiet serji ta’ razziżmu madwar
l-Ewropa u ta’ vjolazzjoni tad-drittijiet ta’ minoranzi madwar l-Ewropa?
Għalkemm l-argument tal-fehma
tal-maġġoranza huwa wieħed li forsi jista’ jkun perikoluż għaliex wieħed
m’għandux jimxi b’sempliċi rule of the
majority over the minority għaliex nkella fl-estrem taf tispiċċa the dictatorship of the majority over the
minority il-fatt li l-abbort f’Malta għadu jsib oppożiżżjoni soda u
inekwivoka mill-firxa wiesgħa ta’ l-ispettru politiku Malti għandha twassal
biex jekk Muižnieks għandu nofs nitfa’ diċenza; li fil-fehma tiegħi bl-aktar
mod ċar m’għandux; jaċċetta li f’Malta l-ħajja għadha meqjusa sagra ħafna,
forsi aktar sagra minn ħafna pajjiżi Ewropej jew mill-Istati Uniti fejn trabba
l-istess Muižnieks. Għandu jifhem li f’Malta ngħożżu l-fatt li nipproteġu
l-ħajja sa mill-ewwel mumenti tagħha u mhux nqisu l-ħajja bħala xi ħaġa li
takkwista d-drittijiet biss f’punt meta deċiż minn ħaddieħor imma li takkwista
d-drittijiet sa mill-bidu nett tagħha.
Naturalment, dan ma’ jfissirx li Muižnieks
m’għandux dritt tal-fehma tiegħu. Għandu dritt tal-fehma tiegħu u għandu dritt
jesprimi l-fehma tiegħu bħalma għandu dritt kull min jemmen fil-liġi ta’
l-abort. Il-problema ta’ Muižnieks mhijiex għaliex tkellem favur
l-introduzzjoni ta’ l-abort imma għaliex qiegħed jinqeda bil-kariga tiegħu biex
jimbotta dan il-karru li bl-aktar mod ċar imur kontra dak kollu li jemmen
il-maġġoranza tal-poplu Malti. Il-problema hi li qiegħed juża l-kariga tiegħu,
u jipprova jinħeba wara skuża, biex jimbotta din il-kwistjoni.
Naqbel perfettament ma’ dak li
qal il-Partit Nazzjonalista fl-aħħar jiem, jiġifieri li għandna nagħmlu minn
pajjiżna mudell li jħares il-protezzjoni tat-tarbija fil-ġuf. Muižnieks fi
żgħożitu rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-istat ta’ Kalifornja fl-Istati Uniti.
Għalhekk bix-xieraq ngħalaq bi kwotazzjoni tat-tlieta u tlettin gvernatur ta’
Kalifornja, li kien ukoll l-erbgħin President ta’ l-Istati Uniti, Ronald Reagan,
meta dan stqarr, “I've noticed that
everyone who is for abortion has already been born.”. Kliem ta’ min
jixtarru Sur Muižnieks!
No comments:
Post a Comment